Text for Workshop 6
MARK 2: 1-12 ĠESU’ JFEJJAQ WIEĦED MIFLUĠ
Meta wara xi ġranet daħal Kafarnahum, in-nies semgħet li kien id-dar.
U nġabru bosta, hekk li ma kienx hemm fejn joqogħdu iżjed, anqas quddiem il-bieb. U qagħad ixandrilhom il-kelma.
U marru ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, merfugħ minn erbgħa min-nies.
Billi ma setgħux jersqu sa ħdejh minħabba l-kotra, qalgħu s-saqaf ta’ fuqu, fetħu toqba, u niżżlu minnha l-friex li fuqu kien mimdud il-mifluġ.
Meta ra l-fidi tagħhom, Ġesu’ qal lill-mifluġ: “Ibni, dnubietek maħfura.”
Mela kien hemm bilqiegħda xi wħud mill-kittieba, u f’qalhbom bdew jgħidu:
“Dan kif qiegħed jitkellem hekk? Dan qiegħed jidgħi! Min jista’ jaħfirhom id-dnubiet ħlief Alla biss?”
Malli Ġesu’ ntebaħ fih innifsu x’kienu qegħdin jgħidu bejnhom u bejn ruħhom qalilhom: “Għaliex qegħdin taħsbu hekk f’qalbkom?
X’inhu l-eħfef, tgħid lill-mifluġ, ‘Dnubietek maħfura’, jew tgħidlu, ‘Qum u aqbad friexek u imxi’?
Mela biex tkunu tafu li Bin il-Bniedem għandu s-setgħa jaħfer id-dnubiet fuq l-art,” - qal lill-mifluġ -:
“Qum, qiegħed ingħidlek, aqbad friexek u mur lejn darek.”
Dak qam, qabad malajr friexu, u ħareġ il-barra quddiem kulħadd. U kulħadd stagħġeb, u bdew ifaħħru lil Alla u jgħidu: “Ħwejjeġ bħal dawn qatt ma rajniehom.”
Create Your Own Website With Webador